Il-Malta Motorsport Federation hija onorata li tħabbar li l-Federazzjoni Internazzjonali tal-Awtomobilzmu (FIA), permezz tal-World Motor Sport Council (WMSC) tagħha, ħatret lill-President Duncan Micallef bħala Chairman tal-FIA Drag Racing Commission 2024-25 u membru tas-Circuits Commission.
Bħal ħafna kummissjonijiet oħra, mill-Karting sal-Formula Wieħed, il-Kummissjoni FIA Drag Racing tiddeċiedi dwar ir-regoli, ir-regolamenti, is-sigurtà u l-iżvilupp tad-Drag Racing f’147 pajjiz f’hames kontinenti.
Il-President Micallef ħadem mill-qrib mal-FIA u istituzzjonijiet oħra għal dawn l-aħħar tliet snin, l-aktar minħabba l-Hal Far Motorsport Park. Dan unur kbir għall-president ħabrieki tal-Malta Motors Federation u t-tim tiegħu u għandu jkun għal kull Enthusiast Malti tal-Motorsport.