Raġel ta’ 51 sena residenti l-Mosta waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs minn fuq crane waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol. Dan ġara għall-ħabta tal-16.15 fi Triq il-Fortizza, il-Mosta.
Il-Pulizija tad-Distrett marru mmedjatament fuq il-post fejn.
Fuq il-post issejħet ukoll ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.