Illum, għall-ħabta tan-nofsiegħa, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa garaxx fi Triq il-Parsott, il-Mosta. Raġel ta’ 47 sena residenti l-Mosta, weġġa’ wara li waqa’ fuqu xi ħadid.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.