Raġel ta’ 35 sena mill-Mosta weġġa’ serjament wara li waqa’ madwar sular u nofs f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ dalgħodu fi Triq Mons. A. Buhagiar, ir-Rabat.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura.
Il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, dan filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.