Fit-tieni partita tas-Sibt wara nofsinhar fl-Stadium Nazzjonali, Mosta skorjaw darbtejn fit-tieni taqsima biex dawru r-riżultat favur tagħhom wara li kienu qed jitilfu 1 – 0 kontra Sirens.
Il-loghba dehret li se tkun waħda bilanċjata bil-Mosta joħolqu l-ewwel periklu fit-13-il minuta iżda Diarra xxuttja għoli mill-qrib wara li rċieva minghand Ememe.
Fit-23 minuta Sirens wieġbu bi freekick ta’ Pereira Muniz li l-goaler Mosti Akpan ippanċja biex biegħed il-periklu.
Ħames minuti biss wara, fit-28 minuta, Sirens fetħu l-iskor permezz ta’ Kei Sano li minn qagħda xi ftit angolata ħasad lil Akpan bil-ballun ħabat mal-lasta qabel spiċċa fix-xibka.
Fil-41 minuta Yamazaki ttanta xortiħ għal Mosta b’xutt minn barra l-kaxxa li l-goalkeeper Grech salva tajjeb.
Fil-ħin miżjud qabel intemmet l-ewwel taqsima, Mosta kisbu d-draw meta minn korner mogħti minn Ememe, Jacob Akrong mill-qrib spara l-ballun fix-xibka.
Mosta ħargu aħjar fit-tieni taqsima u Diarra falla ċans tajjeb fid-49 minuta meta xxuttja barra minn pożizzjoni ċentrali wara li rċieva mingħand Zach Brincat.
Iżda fl-54 minuta Mosta marru fil-vantaġġ meta Michael Okoh skorja mill-qrib wara xogħol tajjeb ta’ Ememe.
Sirens resqu qrib li jiksbu l-goal tad-draw fis-70 minuta iżda mill-kross ta’ Walker, Bento minn qagħda tajba ra d-daqqa ta’ ras tiegħu tigi salvata minn Akpan.
Ħames minuti wara Ememe kellu fejn iserraħ ras il-Mostin meta avvanza u waħdu quddiem il-goaler ra lill-stess Grech interċetta u ċaħħdu milli jiskorja.
Fil-ħin miżjud kien Akpan li ċaħħad lill-attakkant tas-Sirens Kolev milli jiskorja l-goal tad-draw meta salva f’korner id-daqqa ta’ ras mill-qrib ta’ l-istess Kolev biex il-partita intemmet 2 – 1 favur Mosta.
Referee:- Andrea Schria
Plejer tal-Loghba: Chris Ememe (Mosta)