F’partita pjaċevoli li pprodiċiet xejn inqas minn sitt goals, Mosta komplew ikabbru l-problemi ta’ Marsaxlokk meta għelbuhom bl-iskor ta’ 4-2, biex b’hekk ix-Xlukkjari baqgħu ankrati fil-qiegħ tal-kalssifika mingħajr ebda punt.
Mosta fetħu l-iskor wara biss tmien minuti meta, freekick ta’ Clayton Failla, ħabat mal-barriera Xlukkajra, spiċċa għand JOSHUA AGYEMANG li b’xamma kbira għall-goal spara l-ballun fix-xibka.
Fil-21 minuta, ix-Xlukkajri ġabu l-iskor indaqs meta ALEX GOMES DE AGUIAR temm azzjoni personali u b’xutt b’saħħtu għeleb lil Akpan. Fit-43 minuta Marsaxlokk qalbu l-iskor favurihom meta Bonnici għadda tajjeb lejn JAI QUITONGO li avvanza tajjeb u b’xutt mill-isbaħ tefa’ ġewwa biex l-ewwel taqsima intemmet 2 – 1.
Fit-52 minuta xutt mid-distanza ta’ Clayton Failla għal Mosta għadda ftit barra, iżda minuta biss wara Mosta meritatament kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ ġmiel ta’ xutt minn tarf il-kaxxa ta’ AFRIYIE PRINCE.
Fis-77 minuta, Marsaxlokk resqu viċin li jmorru fil-vantaġġ iżda daqqa ta’ ras ta’ Quitongo ħabtet mal-wieqfa. Fil-81 minuta Mosta marru fil-vantaġġ, meta cross mix-xellug ta’ Zachary Brincat tkompla għal ġewwa mill-viċin mis-sostitut RICHARD LUCA ROSA DA SILVA,
Dan sabiex fid-90 minuta Mosta ssiġillaw ir-rebħa permezz tar-raba’ goal meta rebħu penalty hekk kif Nikola Raden waqqa’ lil Rosa Da Silva biex mil-11-il metru, CLAYTON FAILLA ma żbaljax.
Referee: Slobodan Petrvoic
Plejer tal-Logħba: Duane Bonnici (Marsaxlokk FC)