Il-vot li ttieħed l-Erbgħa filgħaxija fil-Parlament fuq il-liġi dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika reġa għal darb’ oħra wera l-qasma li hemm fi ħdan l-Oppożizzjoni.
Dan kien diskuss waqt il-programm Pjazza mxandar fuq ONE fil-jum tal-Ħamis, fejn l-opinjonista Simon Mercieca tkellem fuq l-aspett tad-deputati u anke fuq il-partitarji.
Terz tad-Deputati Nazzjonalisti vvutaw mal-Gvern fuq l-imsemmija liġi. Mossa li skont Dr Mercieca, toħloq konfużjoni vis-a-vis dak li l-istess deputati jgħidu fuq il-Gvern.
Għax tispiċċa tiġi li inti qed tikkritika lil Joseph Muscat fuq naħa u qed tivvotta miegħu fuq naħa oħra…u dik hija konfużjoni. Allura li qed tgħid huwa jew, fuq Joseph Muscat mhux minnu għax kieku minnu ma tivvotax miegħu, jew jekk hu minnu, qed ittieh raġun
Il-Ħamis filgħaxija, meta kien mistieden flimkien mal-opinjonista Alex Saliba, is-Sur Mercieca rrimarka li dak li għamel il-grupp ta’ Busuttil ma niżil tajjeb xejn mal-partitarji Nazzjonalisti.
L-istess partitarji li sal-elezzjoni tal-elfejn u sbatax kienu qed jappoġġjaw lill-ex Kap Simon Busuttil.
Fil-midja soċjali, il-partitarji Nazzjonalisti ma tantx ħaduha b’mod pożittiv il-pożizzjoni li ħa Simon Busuttil u d-deputati l-oħrajn
Bil-qasma tibqa’ tippersisti fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, il-Kap Adrian Delia qed ikun kostrett jieħu deċiżjonijiet li huma lil hinn minn dak li jixtieq hu.
Dr Mercieca ma qgħadx idur mal-lewża u saħaq li dan ma jawgurax tajjeb għall-Oppożizzjoni.
biss ovjament b’qasma bħal din, partit politiku qatt ma jista’ jirbaħ elezzjoni…full stop.