Ma tistax taqla’ karozza minn ġewwa.
Ma tistax issuq b’veloċità eċċesiva.
Trid tnaqqas il-veloċità speċjalment madwar roundabout.
Trid tindika fejn trid tmur meta ddur ma’ roundabout.
Filmat ta’ din il-vettura tagħmel mossa fenomenali qrib roundabout twassal biex nistaqsu x’seta’ tgħallem dan is-sewwieq waqt il-lezzjonijiet tas-sewqan. Kif tistgħu taraw minn dawn l-immaġni, meta s-sewwieq tal-karozza l-blu intebaħ li kien hemm vettura wieqfa, xejn ma kkonfonda jew naqqas il-veloċità. Anzi, baqa sejjer dritt fuq il-bankina, dar nofs ir-rounabout, imbagħad kellu jieqaf minħabba li donnu nqalgħat xi parti minn karozza u din spiċċat fit-triq. Il-mossa għamilha b’tant ħeffa u veloċità li diffiċil wieħed jifhem kif inrexxilu.
https://www.youtube.com/watch?v=HktYsMqAFSM