Tul dawn l-aħħar erba’ snin, il-kantawtur u produttur Malti, Matthew James, stabilixxa il-karriera solista tiegħu b’sensiela ta’ kanzunetti u proġetti mużikali mill-aqwa fosthom kollaborazzjonijiet ma’ artisti varji bħal Ira Losco, Ray Mercieca, Toby u ħafna oħrajn.
” Jien, il-ħin kollu nesperimenta u nfittex li noħloq stil u esperjenzi mużikali ġodda kemm għalija u kemm għall-pubbliku inġenerali. Niftakar li meta kont qed nikkomponi ‘Moonlight River’ intbaħt kmieni ħafna li xtaqt li jkolli kitarrist fuq it-track u waqt jamming session ma’ Kersten, mill-ewwel irrejaliżżajt li dan kien l-artist ideali għal din il-biċċa xogħol.”
Il-kantawtur Matthew James
Matthew jispjega li ‘Moonlight River’ tirrapreżenta d-’Dawl’ fid-dlam li hawn madwarna. Fid-dinja tal-lum, bl-inġustizzji kontinwi, nuqqas ta’ empatija u intelliġenza emozjonali, li ma kinx għal nies b’morali u valuri tajbin, kieku d-dinja tagħna hija infern tassew. Din id-diska ġdida tistiednek sabiex tgħaraf u ssib id-dawl mid-dlam ta’ madwarek. ‘Find your Moonlight River’.
Segwi l-vidjo mużikali hawn: