L-agenzija internazzjonali ta’ kreditu Moody’s naqqset il-klassifikazzjoni minn AA3 għall-AA2 nhar il-Ġimgħa li għaddiet. Franza qiegħda taffaċċja problemi finanzjarji ta’dejn u defiċit bil-kaġun ta’ dan ikun l-infieq tal-gvern bla rażan fl-aħħar żmien matul il-pandemija.
Dan kompla jżid il-pressjoni lill-Prim Ministru l-ġdid tal-pajjiż ta’ Franza François Bayrou b’dan diġa m’għandux l-appoġġ sħiħ tad-deputati Parlamentari biex isolvi l-problemi tal-finanzi pubbliċi. Bayrou li għadu kemm inħatar mil- President Franċiz Emmanuel Macron matul il-ġurnata tal-bieraħ.
Ta’ min wieħed jgħid li din ir-reviżjoni ma kinitx mistennija għax saret barra miż-żmien li normalment issir f’perjodi stabbiliti.
Dan bil-maqlub tas-sitwazzjoni f’pajjiżna fejn, proprju x-xahar li għadda, l-istess Moody’s, tat rating ta’ A2 lil pajjiżna, dan filwaqt li rrimarkat is-sitwazzjoni finanzjarja b’saħħita taħt l-amministrazzjoni mmexxija minn Robert Abela.