L-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu Moody’s naqqset il-klassifikazzjoni tagħha dwar il-prospetti ekonomiċi tar-Renju Unit minħabba l-instabilità politika u r-rata ta’ inflazzjoni għolja.
Qabel ir-Renju Unit kien klassifikat bħala stat stabbli fil-prospetti ekonomiċi tiegħu għal futur issa dawn il-prospetti qegħdin ikunu meqjusa negattiv.
Minkejja dan kemm Moody’s u kemm l-aġenzija Standard and Poor’s żammew l-istess assessjar dwar ir-Renju Unit fejn jidħol id-dejn li bħalissa għandu r-Renju Unit.
Moody’s qalet li hemm riskji marbuta ma’ kemm ir-Renju Unit jiflaħ li jħallas lura d-dejn li għandu, minkejja li żamm il-klassifikazzjoni ta’ Aa3, li hija r-raba’ l-ogħla klassifika ta’ Moody’s.
Standard and Poor’s ħalliet baqgħet tikklassifika lir-Renju Unit bħala AA, t-tielet l-ogħla.
Għalissa dan ir-rapport dwar l-ekonomija Brittanika għadu ma ħalliex effett fuq ir-rata li bih ir-Renju Unit irid iħallas f’interessi meta jissellef, iżda dan jista’ jkun il-fatt fil-futur jekk ir-Renju Unit titnaqqasslu l-klassifikazzjoni dwar il-kreditu.