• Tgħid li Malta għandha istituzzjonijiet sodi
• Pajjiżna f’pożizzjoni aħjar minn pajjiżi oħra
L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Moody’s tat marka High (+) lil Malta fejn għandu x’jaqsam il-kontroll ta’ korruzzjoni.
Fir-rapport annwali tagħha fuq pajjiżna l-aġenzija Moody’s ikkonfermat kif f’Malta m’ hawnx problemi bil-korruzzjoni jew bil-liġi, jew aħjar ir-rule of law.
Dan ir-rapport – magħruf bħala Issuer In-Depth report kien ippubblikat fl-aħħar jiem.
L-esperti ta’ Moody’s isostnu li f’pajjiżna hawn robust policy framework u jgħidu li “Malta’s institutional improvement is also reflected by the relative high ranking in the Worldwide Governance Indicators of the World Bank.”
Fil-fatt skont dan l-istudju tal-World Bank, Malta qiegħda fost l-aħjar kwart tal-pajjiżi madwar id-dinja fejn jidħol il-kontroll tal-korruzzjoni. Fejn tidħol ir-rule of law, jiġifieri s-saħħa tal-istituzzjonijiet, pajjiżna wkoll qiegħed mal-aħjar pajjiżi madwar id-dinja.
L-esperti tal-Moody’s jgħidu li “Malta’s scores on rule of law and control of corruption are in the 81st and 74th percentile respectively among all sovereigns rated by Moody’s.”
Tant li “Malta outperforms its rating peers” f’dawn l-oqsma. Dan huwa konfermat ukoll minn tabella fir-rapport tal-Moody’s li juri li pajjiżna għandu scores fil-”worldwide rule of law index” li hu fil-kategorija “very high”. L-istess fejn jidħol l-iskor fil-”worldwide control of corruption index”. B’riżultat ta’ hekk il-Moody’s jikkonkludu li fejn tidħol saħħa tal-istituzzjonijiet, pajjiżna jingħata l-marka ta’ High (+).
Dan iċ-ċertifikat pożittiv isegwi ċ-ċertifikat mogħti lil pajjiżna mill-Kummissjoni Ewropea fil-Country Specific Recommendations. Filwaqt li għal 14 –il pajjiż, nofs il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni rrimarkat fuq il-problema tal-korruzzjoni u d-dgħufija tal-istituzzjonijiet. Fil-każ ta’ Malta l-Kummissjoni Ewropea ma sabet l-ebda problema.
B’hekk filwaqt li l-Oppożizzjoni tkompli bil-propaganda u ħidma tagħha kontra l-isem ta’ pajjiżna, l-esperti tal-Moody’s u l-Kummissjoni Ewropea għadhom jikklassifikaw lil Malta bħala pajjiż mingħajr problemi ta’ korruzzjoni u fejn l-istituzzjonijiet huma b’saħħithom.
Il-country specific recommendations jingħataw fil-kuntest ta’ analiżi dettaljata tas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fil-pajjiż. Dan jinkludi ġudizzju li jsir mill-esperti tal-Kummissjoni Ewropea fuq il-livell ta’ korruzzjoni f’pajjiż u l-impatt tagħha fuq l-istituzzjonijiet ta’ pajjiż.
Minkejja l-kampanja qawwija tal-Oppożizzjoni, il-kelma corruption ma tissemma mkien fil-country specific recommendations għal Malta. Fost dawk il-pajjiżi fejn tissemma l-problema tal-korruzzjoni hemm il-pajjiżi ġirien ta’ Malta bħall-Italja, Spanja u Ċipru.
Fir-rapport lill-Gvern tal-Bulgarija il-Kummissjoni tgħid li “corruption…continues to weigh on investment,” kif ukoll li l-ġudikatura mhijiex indipendenti. Kummenti simili jsiru fuq il-Kroazja. Għal-Latvja l-Kummissjoni għandha diskors iebes. Fil-fatt tgħid li “corruption continues to hamper Latvia’s business environment and the system for preventing conflicts of interest remains rigid and formalistic, with insufficient verification.”
Għal-Litwanja l-Kummissjoni tinnota li “the number of bribery cases brought to courts has been on a steady rise in recent years,” filwaqt li “weak whistle-blower arrangements discourage tip-offs about potential irregularities.”
Għall-Ungerija jingħad li “corruption risks remain high, adversely impacting the business climate, and there are notable gaps in the measures taken to address the issue”. Anke fir-Rumanija l-Kummissjoni Ewropea ssostni li hemm widespread corruption tant li ma fadalx fiduċja fl-istituzzjonijiet. Għall-Islovenja jingħad li “perception of corruption remains negative and appears to influence business decisions.” Fuq l-Islovakkja l-Kummissjoni tinnota “corruption remains a challenge”. Fejn tidħol ir-Repubblika Ċeka, l-esperti tal-Kummissjoni jgħidu li “the Czech Republic faces challenges in preventing corruption as well as inefficiencies in public procurement.” Fil-Polonja l-Kummissjoni twissi li “the current systemic threat to the rule of law creates legal uncertainty.”
Fuq Spanja l-Kummissjoni tinnota li “despite a surge in corruption investigations involving cases at the local and regional levels, no tailor-made preventive strategies to mitigate corruption risks have been developed.”
L-esperti jgħidu wkoll li ma hemmx protezzjoni għall-whistleblowers u li hemm nuqqas ta’ indipendenza fl-uffiċċji li suppost jgħassu kontra l-korruzzjoni. Fir-rigward tal-Italja l-Kummissjoni tgħid “several indicators confirm that corruption is still a major problem in Italy.”
Tinnota li l-każijiet jispiċċaw preskritti faċilment, filwaqt li l-prevenzjoni hija frammetarja. Fil-każ ta’ Ċipru l-Kummissjoni Ewropea hija inkwetata fuq “weaknesses in the disciplinary regime for public servants” kif ukoll li l-qrati ma jiffunzjonawx sew. Fir-rigward tal-Portugall il-Kummissjoni ssostni li l-miżuri biex ma jkunx hemm korruzzjoni huma biss formali.
Dan kollu jindika li filwaqt li f’14-il pajjiż il-Kummissjoni ħasset li trid tieħu pożizzjoni qawwija kontra l-korruzzjoni, fil-każ ta’ Malta ma kellha xejn xi tgħid. Malta tagħmel parti min-nofs tal-pajjiżi membri tal-UE fejn il-ġlieda kontra l-korruzzjoni ssir skont l-istandards rikjesti mill-UE u fejn l-awtoritajiet qed jimxu kif suppost.