L-istat ta’ Montana mistenni jkun l-ewwel stat Amerikan li se jipprojbixxi l-pjattaforma ċiniża Tiktok.
Il-Gvernatur Greg Gianforte ffirma din il-projbizzjoni f’liġi l-Erbgħa u mistenniha tidħol fis-seħħ mill-ewwel ta’ Jannar li ġej.
Intant Tiktok sostniet li l-pjattaforma tinduna minn mijiet ta’ eluf ta’ persuni fl-istat ta’ Montant.
Irrimarkat ukoll li din il-projbizzjoni tinpinġi fuq id-drittijiet tal-persuni minn Montana.
Minn naħa tiegħu, il-Gvernatur Gianforte sostna li din il-liġi se tipproteġi lill-istat ta’ Montana u l-niesu mis-sorveljanza tal-Partit Komunista Ċiniż.
Il-pjattaforma Tiktok mistennija tiġġieled din il-liġi tagħha quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja.