Il-Monsinjur Għawdxi Alfred Xuereb inħatar bħala Isqof Titulari, b’inkarigu diplomatiku bhala Nunzju Appostoliku f’ Seoul ġewwa l-Korea t’Isfel.
Xuereb li twieled fir-Rabat Għawdex f’Ottubru tas-sena elf disa’ mija tmienja u ħamsin, bħalissa qiegħed jokkupa l-kariga ta’ segretarju ġenerali tas-Segretarjat tal-Ekonomija fil-Vatikan mmexxi mill-Kardinal George Pell.
Monsinjur Xuereb kien it-tieni segretarju tal-Papa Benedittu sittax u għal xi żmien anke ħadem mill-qrib mal-Papa Franġisku.