Monsinjur Alfred Xuereb li serva għal bosta snin viċin il-Papa Franġisku laħaq Nunzju tal-Korea ta’ Isfel. Dan ġara malli rċieva l-ħatra permezz ta’ ittra mill-Papa mill-Vatikan.
Madanakollu dawk li l-Papa jagħżel bħala Ambaxxaturi tal-Vatikan għal xi pajjiż jingħataw ukoll il-ħatra ta’ Isqfijiet. Ma jkunx isqof bi djoċesi partikulari xi jmexxu imma jingħataw it-titlu ta’ Isqfijiet Titulari, jigifieri ta’ Djocesi li m’ghadhiex tezisti.
Fil-fatt Monsinjur Xuereb ingħata t-tiltu ta’ Arċisqof ta’ Amantea.
L-ordinazzjoni tiegħu ta’ Isqof ħa ssir nhar it-Tnejn li ġej mill-Papa Franġisku fil-Bażilika ta’ San Pietru f’Ruma. Imbagħad imur il-Korea fejn jippreżenta l-ittri tal-kredenzjali lill-President tal-pajjiż.