L-Arċisqof Emeritu, Monsinjur Pawlu Cremona ħareġ mill-isptar ilbieraħ filgħaxija.
Dan wara li kellu bżonn jiddaħħal l-isptar sabiex isirlu intervent f’qalbu.
Fi stqarrija, l-Kurja qalet li Monsinjur Cremona jinsab lura fid-Dar tal-Kleru f’Birkirkara.
Intqal ukoll kif l-Arċisqof Emeritu rringrazzja lil dawk kollha li talbu għalih f’dawn il-jiem.