Issa li sejħiet għal offerti pubbliċi se jsiru online se jkun hemm monitoraġġ aħjar mill-awtoritajiet dwar il-proċess ta’ xiri pubbliku. Dan għaliex regolamenti ġodda mħabbra din il-ġimgħa se jippromettu proċess effiċjenti u fuq kollox trasparenti skont direttivi Ewropej.