Ferut gravi f’għajnejh, widna maqtugħa, denb miksi bid-demm u terrorizat mill-bnedmin.
Din hija d-deskrizzjoni ta’ kelb li nstab fit-toroq Maltin – abbużat u abbandunat. Il-veterinarju kkonferma lill-Assoċjazzjoni għall-annimali abbandunati (AAA) li l-widna saħanistra nqatgħet b’imqass jew xi makkinarju ieħor.
Ir-ritratti juru l-istat li nstab fih dan il-kelb, li wara dan l-abbuż baqa’ terrorizzat minn kull bniedem, bil-volontieri jispjegaw li damu madwar erba’ sigħat biex irnexxilhom jaqbduh.
B’xorti tajba dan il-kelb sab l-imħabba u l-għajnuna u l-feriti gravi li għandu qed jiġu kkurati. Illum dan il-kelb se jiġi operat hekk kif se jkollha titneħħa għajnejh.
Il-volontiera stqarru li spiċċaw bla kliem quddiem dan l-abbuż u li huwa inaċċettabbli li xi ħadd jitratta annimal b’dan il-mod.
RITRATTI GRAFIĊI: