Riċerkaturi mill-kumpanija Awstraljana Cortical Labs irnexxilhom ikabbru ċelluli tal-moħħ f’laboratorju, liema ċelluli kapaċi jilagħbu l-logħob tal-kompjuter, partikolarment logħba virtwali tat-tennis mis-snin sebgħin, li jisimha Pong.
Dawn ir-riċerkaturi qed jgħidu li dan il-“mini-moħħ” jista’ jħoss u jirrispondi għall-ambjent tiegħu.
Permezz ta’ kitba fil-ġurnal Neuron, Dr Brett Kagan, mil-kumpanija Cortical Labs, qal li ħoloq l-ewwel moħħ ”li jħoss” u li huwa mkabbar fil-laboratorju fi plattina żgħira.
Esperti oħra qed jiddeskrivu x-xogħol bħala ”eċċitanti” iżda qalu wkoll li jkun qed jeżaġera jekk issejjaħ liċ-ċelluli tal-moħħ bħala ċelluli li jħossu.
“Ma stajna nsibu l-ebda mod aħjar biex jiddeskrivu din l-iskoperta,” qal Dr Kagan. “Dan l-oġġett li ħloqna kapaċi jieħu informazzjoni minn sors estern, jipproċessaha u mbagħad jirrispondi għaliha f’ħin reali.”