Mohammed bin Salman ġie appuntat minn missieru, Ré Salman tal-Arabja Sawdija bħala l-Prinċep tal-Kuruna. Mohammed għandu 31 sena u se jkun qed jieħu post kuġinuh, il-Prinċep Mohammed bin Nayef ta’ 57 sena.
Bin Nayef m’għadux jokkupa l-kariga tiegħu bħala Kap tal-Intern iżda Mohammed bin Nayef se jkun qed iżomm ukoll il-kariga tiegħu bħala Deputat Prim Ministru u Ministru tad-Difiża.
Ir-Ré Salman kien inkurunat fl-2015 wara li ħuh, Abdullah bin Abdul Aziz miet.