Mogħoż fit-triq bl-Ingliż tiġi ‘goats on the road’. Dan huwa isem koppja famuża li flimkien telqu xogħolhom normali sabiex jivjaġġaw id-dinja. Huma Nick u Dariece, koppja Kanadiża, li jmexxu sit bl-isem ‘goats on the road’.
Mingħajr esperjenza ta’ xejn, Nick u Dariece illum jgħixu biss minn fuq l-ivjaġġar. Iduru d-dinja, jieħdu ritratti u vidjos li bihom jirrakkontaw l-esperjenzi tagħhom online. Is-suċċess tagħhom inkredibbli tant li ma jiddependu minn xejn aktar. Suċċess rikonoxxut minn Forbes, Lonely Planet, National Geographic, u Business Insider fost oħrajn.
Jgħidu li jibqgħu jqisu l-Kanada bħala art twelidhom, imma jsiru parti minn tal-lokal meta jqattgħu żmien fil-pajjiż. Infatti Nick jgħidilna li għal xahrejn, saru Maltin. Daqshekk ser idumu f’pajjiżna. Għalkemm ma jaħdmux aktar minn erba’ sigħat kuljum, jgħidu li l-ikbar sfida hija li jsibu bilanċ.
Nistqasu x’tgħallmu mill-positijiet kollha li marru. Sabu li d-dinja meta tesperjenzaha hija differenti minn meta taraha biss. U li kulħadd l-istess minkejja d-diversita’.
Tgħallmu wkoll żewġ kelmiet bil-Malti, u b’dawn iż-żewġt ikliem ħallejnihom jiskopru pajjiżna. Segwi l-filmat hawn.
https://youtu.be/aaINdSOSKcg
Kummenti fuq is-sit ta’ Nick u Dariece