Il-kumpanija tal-farmaċewtika Moderna talbet l-approvazjoni urġenti tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Uniti għall-vaċċin kontra l-Covid-19, biex dan ikun jista’ jintuża fuq skala kbira.
Issa jmiss li numru ta’ regolaturi jiskrutinizzaw l-informazzjoni provduta u jiddeterminaw is-sigurtà u l-effettività tiegħu.
S’issa studji kliniċi juri li l-vaċċin għandu effettività ta’ 94%.
Regolaturi fir-Renju Unit għaddejjin bi studju wkoll fuq żewġ vaċċini oħra, mill-kumpanija AstraZenca u l-Università ta’ Oxford.