Hekk kif issa bdejna s-sena 2019, bħal kull sena oħra, dejjem ikun hemm xi moda ġdida li tinżel għasel ma’ dawk li jimxu magħha.
Jidher li l-moda ta’ din is-sena hi relatata ma’ stil tax-xagħar, b’mod partikolari fejn jidħlu n-nisa. Dan hekk kif il-moda hi l-frenza. Frenża qasira li tgħattilek moħħok bil-moda qed titqies bħala l-ewwel waħda għal din is-sena l-ġdida.
Jidher li t-tiftix għal ritratti dwar frenża fuq Pinteress żdied b’51% fejn minkejja li jidhru sbieħ fuq xi wħud, xorta jkollhom dik il-biża’ li jaqtgħu xagħrhom.
Dan hekk kif filwaqt forsi faċli li taqta’ xagħrek, mhux faċli li jitwallek malajr.