Mobile li l-pulizija sabet taħt karozza wassal lill-pulizija biex jarrestaw żagħżugħ minn Ta’ Xbiex, li aktar tard ġie akkużat li kien wettaq 3 serqiet.
Xehed dan l-ispettur Colin Sheldon fil-każ ta’ Daniele Aquilina ta’ 26 sena. Spjega kif fl-14 ta’ Diċembru tas-sena li għaddiet kien daħal rapport li persuna kienet ġiet aggredita fi Triq Manoel de Vilhena, il-Gżira.
Il-mara spjegat lill-pulizija kif waqt li kienet għaddejja mit-triq, sfat aggredita minn persuna mgħammda li ħatftilha l-basket u ħarab jiġri bih. Hija waqgħet mal-art u sofriet xi ġrieħi.
Jirriżulta li l-ħalliel kien waqagħlu l-mobile u ġie taħt karozza. Minn eżamijiet li saru fuq il-mobile, il-Pulizija sabet li l-mobile kien ta Daniele Aquilina.
Bil-pulizija ġiet infurmata li seħħew zewġ serqiet oħra f’Ta Xbiex fis-17 ta’ Diċembru.
Mill-filmati tas-CCTV, ta’ ħanut li safa fil-mira tal-akkużat, ġie iddentifikat Daniele Aquilina.
Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Lydon Zammit u Colin Sheldon.