Tnediet Green Paper għall-konsultazzjoni b’rabta ma’ mobile Governance.
L-għan hu li s-servizz pubbliku jkun disponibbli 24 siegħa kuljum.
Fost oħrajn hu maħsub li jkun hemm kampanja edukattiva biex ċittadini jitgħallmu jagħmlu tranżazzjonijiet u ħlasijiet online. Hemm ukoll l-idea ta’ ‘live chatting’ – li wieħed ikun jista’ jikkorrispondi dak il-ħin ma’ dawk li joffru servizz pubbliku.
Il-Green Paper tara li jkun hemm tfassil ta’ strateġija sas-sena 2018.