Samsung waqqfu l-bejgħ tas-Samsung Galaxy Note 7 wara li problemi fil-batterija qed iwasslu biex numru ta’ mobiles jisplodu.
Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-kumpanija wara rapporti fl-Istati Uniti u l-Korea t’isfel li numru ta’ mobiles splodew waqt li jkunu mqabbda mad-dawl.
Din il-kumpanija kienet sfortunata li din is-sitwazzjoni ġrat propju issa hekk kif il-ġimgħa d-dieħla l-kumpanija Apple se tkun qed tpoġġi fis-suq il-mudell il-ġdid tal-iPhone.