“Xbajt mill falzità ta’ Simon Busuttil. Jgħid mod u jagħmel ieħor. Il-ħaddiema tiegħu mhux kollha stmati l-istess”
Dan kien kliem Manila Bottone, f’intervent telefoniku fuq One Radio.
“Il-Partit Laburista ma tani ebda job. Jien nirreġistra qiegħda” spjegat Bottone, filwaqt li rrigrazzjat lil Glenn Bedingfield, lill-Prim Minsitru għax laqagħha u lil kull min tagħha merħba.
“Kelli ħafna kummenti mingħand Laburisti u kien hemm anke partitarji Nazzjonalisti li għamluli kuraġġ” tenniet Bottone, sa ftit ilu preżenatriċi fuq Radio 101.