L-Agriculture and Rural Development Award jagħraf l-eċċellenza ta’ membri ewro-parlamentari fen tidħol il-politika dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali. Dan jinkludi ħidma fil-politika komuni dwar l-agrikoltura, l-annimali u s-saħħa tagħhom, il-pjanti, prodotti agrikoli ta’ kwalità u l-foresti, fost suġġetti oħra. Marlene Mizzi hija nominata għall-kontribut tagħha fl-animal welfare.
Il-Public Health Award jirrikonoxxi l-eċċellenza fil-promozzjoni u implimentazzjoni ta’ miżuri li jtejbu s-saħħa pubblika. Membru Parlamentari Ewropew ikun rikonoxxut għal kemm tejjeb is-sigurtà fl-ikel, kemm tejjeb it-tikketjar fl-ikel, u kemm irregolaw it-tqegħid tal-prodott fis-suq. Miriam Dalli kienet nominata f’din il-kategorija, iżda mhux biss. Kienet nominata wkoll fl-Environment Award, li jirrikonoxxi l-eċċellenza fil-politika ambjentali, u l-promozzjoni ta’ Ewropa sostenibbli.