Il-Ministru Joe Mizzi mhux se jkun qed jesegwixxi sentenza tal-Qorti fejn is-Sur Lawrence Grech ġie kkundannat iħallas €7,000 f’danni wara li mmalafama lill-Ministru.
Il-Ministru Mizzi qal li għalih l-importanti kien li l-Qorti stabbilixxiet li l-affarijiet li ntqalu kontrih ma kinux minnhom.
Min-naħa tiegħu, is-Sur Grech skuża ruħu formalment mal-Ministru. Huwa stqarr li ma kien hemm l-ebda bażi għal dak li kiteb, u talab apoloġija inkundizzjonata. Huwa rringrazzja lill-Ministru Mizzi li laqa’ din l-apoloġija. Is-Sur Grech irringrazzja lill-Prim Ministru għall-intervent tiegħu biex instabet soluzzjoni.