Koppja żagħżugħa miżżewġa kienu akkużati li ppjanaw biex iwettqu attakk terroristiku f’Sydney, l-Awstralja. It-tnejn ta’ 19-il sena huma akkużati li pruvaw jagħmlu att jew atti bi tħejjija biex iwettqu attakk terroristiku.
Skont il-pulizija federali Awstraljana, l-akkuża ġġorr magħha massimu ta’ għomor il-ħabs. Il-koppja diġa kienu qed jinżammu taħt il-kustodja tal-pulizija wara li kienu arrestati fil-bidu tas-sena li għaddiet fuq inqas akkużi.
Dokumenti tal-qorti allegaw li ż-żagħżugħ ġabar struzzjonijiet dwar kif jagħmel apparat splussiv improvviżat u jippjana attakk qawwi. Mill-banda l-oħra ż-żagħżugħa kienet akkużata li kellha fil-pussess tagħha sikkina tal-kaċċa u struzzjonijiet relatati ma’ kif tagħmel bomba.