Fid-dawl tal-imxija tal-COVID19, Transport Malta qed tieħu numru ta’ miżuri ta’ prekawzjoni madwar l-attività ta’ dgħajjes kummerċjali.
B’effett immedjat, id-dgħajjes kummerċjali u l-operaturi tal-water sports mhux se jkunu qed jitħallew jiżbarkaw il-passiġġieri mill-Imġarr, Għawdex jew minn postijiet oħra f’Għawdex jew Kemmuna.
Transport Malta qiegħda wkoll testendi l-iskadenza b’mod temporanju taċ-ċertifikazzjoni, reġistrazzjonijiet u permessi tad-dgħajjes kummerċjali, il-bastimenti ż-żgħar u l-irmiġġi.
Dawn jinkludu:
– Reġistrazzjoni ta’ bastimenti ż-żgħar
– Liċenzji Nawtiċi
– Ċertifikazzjoni ta’ dgħajjes kummċerjali
– Ċertifikazzjoni ta’ Kompetenza
– Permess ta’ rmiġġi
Huwa importanti li s-sidien tad-dgħajjes ikollhom polza tal-assikurazzjoni valida xorta waħda matul dan iż-żmien.
Transport Malta tirringrazzja lill-pubbliku tal-kooperazzjoni.