“Is-sigurtà ingħatat importanza ewlenija waqt l-Isle of MTV. Din is-sena ġew introdotti miżuri ferm aktar stretti għall-entratura tal-kunċert.”
Stqarr dan il-Ministru Carmelo Abela, filwaqt li qal li dawn il-miżuri ġodda ntlaqgħu b’mod pożittiv, kemm mill-pubbliku u anke mit-turisti li żaru l-kunċert.
“Il-pjan ta’ sigurta’ addottat kien immirat li joħloq bilanċ bejn il-protezzjoni tal-parteċipanti u divertiment responsabbli” qal il-Ministru ghall-Intern.
Irringrazzja lill-membri tal-Korp tal-Pulizija, tal-Protezzjoni Ċivili u tal-Forzi Armati għall-impenn tagħhom f’attivita’ ta’ livell daqshekk gholi, li mill-aspett ta’ sigurtà kienet tirrikjedi diversi sfidi kemm minħabba l-massa tal-attendenza u anke l-profil tal-artisti.
Wera gratitudni lejn ix-xogħol inwettaq mill-membri tas-sigurtà minn kumpaniji privati li ħadmu fil-qrib mal-Pulizija, kif ukoll minn NGOs u ħaddiema mill-qasam mediku.
Ritratt: DOI Jeremy Wonnacott