Il-Ġimgħa fil-ħamsa u nofs ta’ filgħodu, wara nuqqas ta’ ħames xhur, trakka mal-moll fil-Port il-Kbir, il-cruiseliner MSC Grandiosa.
Minn 1508 passiġġieri abbord, 460 niżlu f’Malta għal eskursjoni ta’ ġurnata taħt miżuri stretti.
Kmieni filgħodu, qabel ma bdew jinżlu l-passiġġieri, il-Kap tal-Operazzjonijiet tal-Valletta Cruise Port, Mark Cauchi Garzia, spjega l-proċess għal-lum u ż-żmien li ġej biex it-turisti tal-cruiseliners ikunu jistgħu jirfsu l-art f’pajjiżna.
“Biex il-passiġġier ikun jista’ jinżel minn abbord, irid jinżel fuq a pre-organised shore excursion organizzat mill-vapur u l-kunċett li qed jintuża hu li dawn se jibqgħu f’bubble jiġifieri inti jkollok il-gwida li tkun responsabbli ta’ grupp żgħir li qegħdin fuq l-excursion u jaċċertaw ruħhom li dak il-bubble, ħadd ma joħroġ minnu.”
Qabel ma niżlu l-passiġġieri, ġew ittestjati wkoll aktar minn ħamsin xufier tax-xarabanks u gwidi turistiċi. Dawn tqiegħdu f’kamra apposta għal madwar siegħa sakemm ħareġ ir-riżultat.
“Li qed tara warajja huma bus drivers u gwidi li ġew mitlubin mill-vapur li jiġu hawnhekk siegħa u nofs qabel jibdew it-tours biex qed jagħmlulhom l-iswab tests. Bħalissa jiġifieri jsir swab test hawnhekk, jeħdulhom is-sample, itellgħuh fuq il-vapur, within an hour ikollhom ir-riżultati.” 15
L-operaturi turistiċi qed iħarsu ’l quddiem biex din l-industrija terġa’ tirpilja u tqum fuq saqajha, anki jekk b’restrizzjonijiet u taħt miżuri stretti.
“Din hija ħaġa ġdida li qed nagħmlu, dan huwa l-ewwel vapur wara ħames xhur, qed noqogħdu attenti ħafna, qed insegwu l-protokolli kollha mill-health mill-vapur biex inkunu żguri li nevitaw problemi jew nies li jaqbadhom il-COVID.”
Intant, se tidħol fis-seħħ il-lista Amber li tinkludi fiha pajjiżi li jekk wieħed jiġi minnhom, irid jipprovdi riżultat negattiv ta’ test għall-COVID-19. Dan gibu ajruport nezlin passiggieri bil-maskri ecc
Sa issa f’din il-lista hemm il-Bulgarija, ir-Rumanija, u tliet reġjuni fi Spanja, iżda din se tkun aġġornata kull ġimgħa.