Il-Gvern irid joħloq iktar ġid bix-xogħol u dan ifisser li għal darb oħra l-baġit inkluda miżuri li jinċentiva lin-nies biex jaħdmu.
Fl-aħħar żewġ baġits daħlet l-iskema tal-in work benefit fejn fl-ewwel sena kienet għal familji bi dħul baxxa u żewġ ġenituri li jaħdmu u din is-sena kienet estiża għal familji bi dħul baxx fejn jaħdem ġenituri wieħed. Din is-sena l-gvern se jgħolli c-ceiling.
Għal koppji li jaħdmu t-tnejn is-ceiling se jgħola minn €20,400 għal €24,000 fis-sena. Għas-single parents li jaħdmu s-ceiling se jgħola minn €15,000 għal €16,500 fis-sena. Filwaqt li koppji fejn wieħed biss jaħdem is-ceiling se jgħola minn €13,000 għal €16,500 fis-sena.
Għal koppji li se jaħdmu tnejn il-benefiċċju se jiżdied minn €1,000 għal €1,200 fis-sena. Għas-single parents li jaħdmu ir-rati se jgħolew b’€50 fis-sena għal €1,250 fis-sena. Filwaqt li għal koppji fejn wieħed biss jaħdem ir-rati se jgħolew minn €150 sa massimu ta’ €350 fis-sena skont id-dħul.
Se ssir riforma fl-għajnuna supplimentari li titħallas lill-ħaddiema miżżewġin u m’għadndhomx tfal u ma jieħdux childrens allowance. Is-ceiling se jiżdied minn €11,089 għal €13,000.
Iżda, mhux biss. Persuni single li jaħdmu u d-dħul tagħhom ma jaqbiżx id-9,012 se jibbenefikaw minn żieda ta’ €126.36.
Minn din ir-riforma se jgawdu mal-ħdax-il elf koppja u ħames t’elef persuna single. Total ta’ sebgħa u għoxrin elf persuna.
Permezz ta’ dawn ir-riformi u meta wieħed jieħu inkonsiderazzjoni l-COLA kull min qiegħed bil-Minimum wage se jiżdied b’minn tal-inqas erbgħa ewro fil-ġimgħa, jew mitejn u tmin ewro fis-sena. Żieda li se jerfagħħha kollha l-gvern.