Il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Korporazzjoni tal-Port Ħieles ħejjew miżuri ġodda ta’ sigurtà u sanitarji fid-dawl tal-COVID-19. Dawn saru skont diretticvi tal-awtoritajiet tas-saħħa.
F’messaġġ lill-midja l-Ministru Julia Farrugia Portelli spjegat li l-operat tal-Port Ħieles hu essenzjali għaliex minnu jgħaddu numru ta’ servizzi kruċjali.
“Din hija ħidma li hija mportanti li tibqa għaddejja anke għaliex permezz tal-Port Ħieles Malta tiddependi fuq il-konsenji tal-ikel, tal-medicini li jidħlu fil-pajjiż. Din il-ħidma qed issir b’tali mod illi jkunu osservati wkoll id-distanzi necessarji bejn il-ħaddiema li jkunu fuq l-art u dawk abbord.” Stqarret il-Ministru.
Bil-mizuri l-ġodda kull kaptan ta’ bastiment, qabel jidħol fl-ibħra territorjali Maltin irid jipprovdi dikjarazzjoni dwar jekk abbord hemmx persuni morda.
L-ekwipaġġ se jibda jiġi skrinjat minn persuna medika u mhux se jitħalla jinzel l-art għal ftit sigħat. Fl-istess ħin, ħaddiema li skadilhom il-kuntratt mhux se jitħallew jinzlu Malta biex imorru l-ajruport.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Freeport Terminal, Alex Montebello spjega li l-Freeport għandu rabta ma’ diversi pajjizi internazzjonali minħabba l-importazzjoni u l-esportazzjoni li jara.
Montebello spjega, “U għaldaqstant irridu minn kwalunkwe mod nissalvagwardjaw illi din il-linja, din il-konnessjoni daqstant importanti tiġi garantita.”
Il-Korporazzjoni ħadet il-prekawzjonijiet kollha sabiex l-impjegati ma jkollhomx kuntatt ma’ min ikun qed jiġi skenjat fosthom billi jżommu distanza notevoli u li l-komunikazzjoni ssir bir-radju. Dan apparti l-uzu kontinwu ta’ lbies protettiv u ċ-ċans li ħaddiema tal-amministrazzjoni jaħdmu mid-dar.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Port Ħieles, David Magro qal, “Dejjem trid tkun zgur biex tipprevjeni. Mizuri oħra li ħadna bħala awtoritá hawnhekk aħna min-naħa tagħna li waqqafna dejjem in liaising mal-Awtoritajiet tas-saħħaon shore u off shore crew changes li jkun hawn. Nista ngħid qed issir ħidma konġunta biex inkunu in synchmal-proceduri li dejjem qed toħroġ u jaġġorna l-health minn żmien għal żmien.”