Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ħabbar li kull min jidħol fir-Renju Unit jeħtieġ jagħmel test għall-Covid-19 u min kellu kuntatt ma’ każijiet tal-varjant il-ġdid Omicron, irid jiżola lilu nnifsu, anki jekk huwa mlaqqam kompletament kontra l-Coronavirus.
Il-Gvern Ingliż ħabbar sensiela ta’ miżuri ristrettivi ġodda marbuta mal-imxija fosthom l-ilbies mill-ġdid tal-maskri fil-ħwienet u meta tiġi biex tuża t-trasport pubbliku.
Dawn il-miżuri se jidħlu mill-ġimgħa d-dieħla wara li l-Awtoritajiet tal-pajjiż ikkonfermaw żewġ każijiet tal-varjant qalil mill-Afrika t’Isfel.
Johnson qal li l-miżuri huma temporanji iżda importanti biex jipprevjenu t-tixrid tal-varjant il-ġdid.
Il-Prim Ministru Ingliż saħaq li minkejja dawn il-miżuri, il-Milied fir-Renju Unit se jkun aħjar mis-sena l-oħra.
Ritratt: Ben Fathers/AFP/Getty Images