Huma ħafna l-Maltin li qegħdin isibu metodi alternattivi biex jevitaw il-ġenn u t-traffiku li nsibu fit-toroq. Fost dawn insibu komunità kbira ta’ nies li saru qed jużaw ir-roti sabiex imorru minn post għall-ieħor.
Però x-xemx li qed taħkem lil pajjiżna b’temperaturi li jlaħħqu l-erbgħin grad toffri sfidi mhux żgħar.
Għaldaqstant il-“Bicycling Advocacy Group” ħarġu rapport b’numru ta’ suġġerimenti sabiex jitnaqqsu l-effetti li dan it-tempkapaci jġib miegħu.
Jim Wightman minn din l-għaqda tenna li hu essenzjali li kull min irid isuq rota f’dan it-temp irid iżomm ruħu idratat u kemm jista jkun jevitaw l-eqqel ħinijiet tax-xemx. Ma’ dawn żied l-importanza tal-ippjanar tal-vjaġġ u li jintlibsu ħwejjeġ adattati.