Mis-sena d-dieħla min jixtri jew jikri propjetà, karozzi, dgħajjes u jottijiet, djamanti, ħaġar prezzjuż u oġġetti ta’ arti, mhux se jkun aktar possibli li jħallas fi flus kontanti ammont li jaqbeż €10,000.
L-akkwist ta’ dawn l-oġġetti issa jkun irid isir bilfors permezz ta’ trasferiment ta’ flus b’mod elettroniku jew bl-użu ta’ ċekk.