Dokument li ħejjew il-Ministeru għall-finanzi u l-Ministeru għall-edukazzjoni fil-Ġermanja jissuġġerixxi li min iħaddem għandu jkollu d-dritt li jħallas inqas mill-paga minima lir-refuġjati u immigranti.
Id-dokument ta’ pjan jgħid li min iħaddem għandu jkollu din l-għażla meta wieħed jitkellem dwar refuġjati u mmigranti li m’għandhomx kwalifiċi.
Il-pjan jgħid li fil-proċess li jakkwistaw ħiliet professjonali fi ħdan kumpanija, dawn il-persuni għandhom jitħallsu rata anqas minn dik minima. Matul din il-fażi, il-ħidma tagħhom tkun meqsjusa bħala perjodu ta’ taħriġ obligatorju, allura ma japplikawx ir-regoli normali dwar kemm iridu jingħataw paga l-ħaddiema.
L-assoċċjazzjoni għall-ħaddiema Ġermaniżi talbu lil Gvern biex l-istess miżuri jiġu introdotti għal ħaddiema ta’ nazzjonalitá Ġermaniża ukoll. Bl-għan ewlieni wara dawn il-proposti jkun li l-ħaddiema jiksbu kwalifiċi professjonali .
Il-paga minima fil-Ġermanja hija ta’ €8.84.