Bil-Budget li ġie ppreżentat għas-sena d-dieħla, Malta se ssir it-tieni pajjiż tal-Unjoni Ewropea li tneħħi għal kollox it-taxxa tal-VAT fuq prodotti menstruwali.
Wara l-Irlanda, hija biss Malta li se tkun qed tagħmel dan il-pass fundamentali.
Deskritt mill-preżentattriċi u fundatriċi tal-proġett The She Word, Trudy Kerr, bħala aħbar fantastika.
“And this is the most incredible news. It’s fantastic that we now have no tax, no VAT, on menstrual products. It’s good news for Malta. It’s good news for women everywhere”
Fil-manifest elettorali tiegħu, il-Partit Laburista kien wiegħed it-tnaqqas tat-taxxa fuq prodotti sanitarji tan-nisa.
Iżda l-Gvern wettaq saħansitra iktar milli kien wiegħed – mhux it-tnaqqis biss, iżda it-tneħħija totali tat-taxxa.
B’hekk dawn il-prodotti essenzjali tal-period issa se jkunu aktar aċċessibbli b’piż finanzjarju inqas.
Din hija miżura oħra tal-Budget favur il-ġustizzja soċjali u li tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Malta fuq il-mappa tal-ugwaljanza.
Kif spjegat tajjeb Trudy Kerr waqt il-programm Bil-Fatti fuq ONE.
“And the very fact that this is now at the forefront and Malta is just one of two EU states that’s abolish this VAT completely really puts us on the map with regards to these conversations. But for women if you have to pay for these products without any choice at all, not having to pay VAT, something which has actually become expensive, will make a big big difference”.
Bis-saħħa tal-Budget, it-tneħħija tat-taxxa se tapplika wkoll għal aċċessorji mediċi għan-nisa relatati mal-fejqan tal-marda tal-kanċer.