“Miżura importanti ħafna li tixhed l-impenn tal-Gvern sabiex ikompli jagħti s-sussidju fuq l-enerġija u ċ-ċereali, filwaqt li jagħmel lill-pajjiżna aktar kompettitiv, anke fejn jidħol is-settur turistiku.”
Kien b’dan il-mod li ddeskriva l-miżuri ppreżentati fil-baġit għas-sena d-dieħla, il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu, Joe Muscat.
Żied jgħid li dan is-sussidju jgħin sabiex l-istabbilimenti jibqgħu kompetittivi ma’ destinazzjonijiet oħra madwarna.
Qal li bħala assoċjazzjoni ressqu diversi suġġerimenti, u b’sodisfazzjon laqgħu li miżura partikolari, dwar it-tnaqqis fuq il-boll, fuq it-tieni propjetà f’Għawdex, se tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar.
Semma wkoll l-inċentivi biex Għawdex jibqa’ gżira tal-villaġġi, filwaqt li elenka dan mal-miżura fejn il-grant lill-first time buyers li jixtru propjetà fil-UCA, żdied minn €30,000, titla’ għal €40,000.
Temm jgħid li huwa importanti ħafna li Għawdex bħala gżira u destinazzjoni turistika tkompli tejjeb il-prodott turistiku anke permezz ta’ spazji miftuħa u ħodor fil-qalba tal-bliet u l-irħula, li joffru esperjenza ġenwina u awtentika lit-turisti.
Innota wkoll, il-miżura, li kienu ressqu, u li se tiġi estiża din is-sena, skema biex inġibu turisti fix-Xitwa, biex it-turiżmu jkun matul is-sena kollha