Dawk il-persuni li jaħdmu aktar minn part time wieħed iżda ma jaqbżux l-40 siegħa xogħol fil-ġimgħa se jkunu jistgħu iħallsu il-bolla fuq aktar minn xogħol wieħed.
Dan biex ’l quddiem ikollhom pensjoni aħjar.
Miżura oħra mmirata biex ittejjeb il-pensjoni tal-peruni hija dik għal koppji li sseparaw wara li jkunu għalqu 50 sena.
Jekk koppja li jkunu għalqu aktar minn 50 sena, jisseperaw b’mod legali, il-kontribuzzjonijiet li jkunu tħallsu mid-data taż-żwieġ sad-data tas-separazzjoni se jkunu qed jinqasmu bejn iż-żewġ persuni.
Il-Ministru Clyde Caruana spjega li dan qed isir sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet li qed jaffaċċjaw persuni, b’mod partikolari nisa li jisseparaw ta’ eta relattivament kbira.
Il-Ministru għall-Finanzi ħabbar ukoll li se jitressqu emendi fil-liġi sabiex dawk li jkunu wirtu wara li jkunu ilhom tal-inqas ħames snin jirċievu l-pensjoni kontributorja, l-limitu tal-kapital se jitla’ minn €23,000 għal €50,000 għall-miżżewġin u minn €14,000 għal €40,000 għall-persuni waħidhom.