Wasal il-mument li tidħol ċertu dixxiplina fejn jidħlu kuntratti għal servizzi offruti lill-Kunsilli Lokali.
Dan saħqu s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Silvio Parnis fejn saħaq li mhux aċċettabbli li jkollok kuntratturi li ma jobbligawx il-kuntratt tagħhom.
Din il-persuna trid tintagħżel mill-Kunsill Lokali u xogħolha huwa li ddur wara l-kuntratturi.
Spjega li l-indafa fil-lokalità hija importanti ħafna u spiċċa ż-żmien li l-Kunsilli jitmexxew b’mod dilettantesk. Sostna li fl-ewwel laqgħa ta’ kull kunsill għandha tiġi diskussa l-materja dwar il-ħatra ta’ contract manager.
Is-Segretarju Silvio Parnis qal: “Aħna qegħdin nagħmluha ċara li jekk il-kuntrattur ma jkunx qed jagħmel ix-xogħol eżempju jsaqqu l-qsari u ma jsaqquhomx il-Kunsill Lokali m’għandux iħallas lill-kuntrattur u l-Contract Manager għandu jdur mal-kuntrattur biex verament naraw li jkun hemm indafa u serjetà fil-lokalitajiet tagħna.”
Min-naħa tiegħu d-direttur tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali Natalino Attard sostna li wara konsultazzjoni ta’ sena issa wasal iż-żmien li dak li kien maqbul bħala proċeduri jibdea jiġi attwat. Is-Sur Attard qal: “Irrealiżżjana li hemm ħafna kunsilli li m’għandhomx Contract Manager u riżultat ta’ dan huwa li l-istandards tas-servizz li joffri l-kunsill qed jonqos u jkollok aktar ilmenti miċ-ċittadini issa bir-riforma qegħdin ninsistu li kull kunsill ikollu Contract Manager u l-kuntratt u dan biex jassigura li jkollu persuna tissorvelja li l-kuntratt isir kif suppost isir.”
Sostna li l-maġġoranza tal-Kunsilli ma kellhomx contract manager u issa ma’ kull kuntratt li l-Kunsill, irid ikollu contract manager li jassigura li kull kunsill jirċievi s-servizz li jkun ħallas għalih.