Mahdi Ouerfelli ta’ 28 sena mit-Tuneżija nżamm arrestat wara li hedded li jwaqqa’ l-ajruplan li bih kien se jintbagħat lura lejn pajjiżu.
L-akkużat kien se jiġi ddeportat kmieni t-Tnejn filgħodu meta fl-ajruport ipprova jaħrab billi hedded u gidem lill-uffiċjal tal-Pulizija li kien miegħu. Meta ttella’ fuq l-ajruplan, huwa kkawża kommossjoni u hedded li kien se jġarraf l-ajruplan meta jitlaq.
Permezz tal-avukat tiegħu, l-akkużat wieġeb mhux ħati.