Xi persuni mhux identifikati mlew parti minn Triq Ħal Far b’diversi affarijiet użati, fosthom ħwejjeġ, kalzetti u bagalji.
Dan wara li l-Kunsill Lokali taż-Żurrieq kien għadu kif naddaf din il-parti tat-triq ftit qabel.
Il-Ministru Owen Bonnici f’post fuq Facebook qal kif din is-sena d-Diviżjoni tal-Indafa ġa naddfet aktar minn 8,500 tunnellata ta’ skart illegali.
Intant is-Sindku taż-Żurrieq, Rita Grima, appellat sabiex min għandu informazzjoni dwar din l-illegalita, għandu jinforma lill-pulizija b’mod immedjat fuq 21689111.
Min-naħħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, irringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-cleasing, li f’qasir żmien ġabru dan l-iskart illegali.