Rumena ta’ sitta u għoxrin sena nħelset mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet wara li fil-Qorti t’Għawdex wieġbet mhux ħatja li użat kompjuter b’kodiċi ta’ dħul mingħajr awtorizzazzjoni, kif ukoll li għamlet kopja jew bidlet informazzjoni jew dokumentazzjoni għad-dannu tal-vittma.
Il-mara kienet akkużata wkoll li użat apparat ta’ kommunikazzjoni elettroniku biex heddet lill-vittma, li tat fastidju, li kkaġunat biża’, u li kkaġunat ħsara lill-vittma.
Is-seduta kienet ippreseduta mill-Maġistrat Monica Vella u l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.