Il-Pulizija ressqet raġel ta’ 30 sena li joqgħod ir-Rabat Għawdex u raġel ta’ 27 residenti mill-Munxar quddiem il-Qorti t’Għawdex wara li, allegatament, fil-5 t’April, fir-Rabat Għawdex, żammew persuna kontra l-volontà tagħha, weġġgħuha gravi, serqulha xi flus u kisru l-bon ordni.
Raġel minnhom kien akkużat ukoll li saq vettura b’mod perikoluż, mingħajr ma kien kopert b’polza tal-assigurazzjoni u mingħajr ma kellu liċenzja tas-sewqan. Ir-raġel l-ieħor ġie akkużat ukoll li ġarr strument li jaqta’ u bil-ponta mingħajr permess tal-Kummissarju tal-Pulizija u li rrenda ruħu reċidiv.
L-imputati wieġbu li mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom. Il-Maġistrat Brigitte Sultana ma laqgħetx it-talba tal-ħelsien mill-arrest.