Kimberly Xuereb ta’ ħamsa u għoxrin sena li toqgħod Bormla ma ngħatatx il-ħelsien mill-arrest wara li wieġbet mhux ħajtra li serqet u darbet raġel li għandu diżabilità.
Hija ġiet mixlija b’serq aggravat, li darbet persuna u kkawżatlu ġrieħi ħfief, li kienet qed iġġorr arma mingħajr il-liċenzja tal-pulizija, li attakkat u heddet lill-allegata vittma tagħha u li kisret il-kundizzjonijiet marbuta ma’ 4 sentenzi sospiżi.
Il-każ allegatament seħħ fi Frar fil-Belt meta l-akkużata serqet il-kartiera ta’ raġel li kien fih flus kontanti u karti tal-kreditu.
Il-Qorti ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest wara li qieset li l-vittma għadu ma xehedx u minħabba l-karattru mhux affidabbli tal-akkużata.