Joanne Agius ta’ 26 sena minn l-Isla ngħatat il-ħelsien mill-arrest wara li ġiet mixlija li ikkaġunat ġrieħi fuq omm is-sieħeb tagħha.
Agius, li qalet li ma taħdimx, ġiet akkużata li kkaġunat feriti gravi permezz ta’ arma li taqta’.
Hija wieġbet mhux ħatja u talbet għall-ħelsien mill-arrest.
Il-parte civile ma oġġezzjonatx għall-ħelsien mill-arrest minħabba l-fatt li l-omm jaf taħfer lil Agius.
L-akkużata ngħatat il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €3,000 u garanzija personali ta’ €7,000.
Hija ġiet ordnat ali ma tkellimx lill-allegat vittma u li tiffirma darbtejn fil-ġimgħa fl-għassa tal-pulizija.