Mara ta’ 47 sena ngħatat il-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet wara li allegatament nhar il-Ħadd li għadda gidmet u aggrediet lil żewġha.
Il-Prosekuzzjoni mmexxijja mill-Ispettur Eman Hayman qalet kif il-Ħadd li għadda, l-imputata allegatament marret tqalleb l-affarijiet f’garaxx tar-raġel tagħha.
Hawnhekk intqal kif il-mara aggrediet lir-raġel billi gidmietu.
L-akkużata ċaħdet l-akkużi.
Fil-Qorti d-Difiża qalet kif ir-raġel ġibed filmat tal-mara li marret f’dan il-garaxx.
Intqal kif il-każ ġara meta l-mara marret tiġbor ħwejjiġha.
Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, bil-Prosekuzzjoni oġġezzjonat minhabba biża’ ta’ intralċ tal-provi.
Fil-Qorti ntqal ukoll kif il-mara ħa tmur tgħix ma’ missierha u għalhekk inħelset fuq depożitu ta’ €500, garanzija personali ta’ €3,000 u li tiffirma darbtejn fil-ġimgħa fl-għassa tal-pulizija
Il-Qorti ordnat ukoll l-ordni ta’ divjett.